Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Il-Gvern se jaħtar inkjesta dwar allegat indħil politiku f'Għawdex

Leon  Xuereb  -  26/02/17 03:45 PM

Il-Gvern se jaħtar inkjesta biex ikunu stabbiliti l-fatti fil-każ li ġie rrappurtat illum fil-ġurnal MaltaToday dwar allegat intervent minn uffiċjali politiċi għal żewġ Għawdxin li kienu ġew arrestati fuq traffikar tad-droga.

L-istorja tal-faċċata tal-MaltaToday kellha t-titlu ‘Gozitans arrested on drug charges changed police statement after political intervention’.

Skont l-artiklu, fis-sajf tal-2014 żewġ Għawdxin kienu ġew arrestati fuq traffikar tad-droga u r-rapport li fih kienu ammettew akkużi tneħħa wara allegat intervent minn uffiċjali politiċi f’kariga għolja.

Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-inkjesta dwar l-indħil politiku fit-traffikar tad-droga f’Għawdex tkun tassew indipendenti

B’reazzjoni l-Partit Nazzjonalista qal li hu diġà evidenti li l-iskop tal-inkjesta hu li tinħeba u mhux tinkixef il-verità. 

Il-PN insista li sabiex din l-inkjesta tkun tassew indipendenti, għandha tinħatar skont l-Att dwar l-Inkjesti u l-bord għandu jkollu fih nies verament indipendenti u mhux persuni qrib ta’ Kastilja.

Ritatt: Arkivji