Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

L-Isqof George Bugeja maħtur Vigarju Appostoliku ta’ Tripli

Yendrick  Cioffi  -  05/02/17 12:59 PM

Il-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur George Bugeja O.F.M. bħala l-Vigarju Appostoliku ta’ Tripli.

L-Isqof Bugeja kien qiegħed iservi bħala Koadjatur fl-istess Djoċesi, mal-Isqof Giovanni Innocenzo Martinelli O.F.M li rriżenja minħabba l-età.

Moninsjur George Bugeja qed iservi wkoll bħala l-Amministratur Appostoliku ta’ Benghazi wara li temm il-missjoni twila tiegħu l-Isqof Silvestro Magro O.F.M. fi Frar tas-sena li għaddiet.

Monsinjur George Bugeja għandu 54 sena u kien inħatar Vigarju Episkopali ta’ Tripli fl-10 ta’ Lulju tas-sena 2015.

Fl-4 ta’ Settembru tal-istess sena, huwa kien ikkonsagrat Isqof fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. 

Fost missjonijiet oħra qabel inħatar Isqof, Monsinjur Bugeja serva bħala Kappillan tal-Parroċċa ta' Sacro Cuor f'Tas-Sliema, kien Awditur tat-Tribunal Ekkleżjastiku tad-Djoċesi ta' Għawdex u meta nħatar Isqof kien il-Gwardjan tal-Kunvent ta' Sant' Antnin ta' Padova f'Għajnsielem.