Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

​Filmat: “M’intix kredibbli” - Il-Ministru Konrad Mizzi lil ġurnalist

Charmaine  Attard   -  16/03/17 02:38 PM

Il-Ministru bla Portafoll Konrad Mizzi wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, billi qal lill-ġurnalist tat-Times of Malta li mhux kredibbli.

Il-ġurnalist tat-Times staqsa lill-Ministru Mizzi dwar minn fejn kien se jġib il-€1 miljun fis-sena għall-kumpanija li fetaħ fil-Panama.

Staqsieh ukoll dwar għliex dam ħames xhur biex ippubblika r-riżultat tal-awditjar.

Minflok wieġbu, il-Ministru beda jakkużah li gideb dwaru u li hu l-‘pet’ tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Qallu wkoll li biex iwieġbu jrid “jiskuża ruħu għall-gideb kollu li qal dwaru. “

Minkejja li l-ġurnalisti baqgħu jistaqsu aktar mistoqsijiet, Konrad Mizzi telaq bil-karozza.

Kemm ilu li faqqa’ l-iskandlu tal-kumpaniji fil-Panama, il-Ministru Mizzi qatt ma wieġeb dwar kif se jiffinanzja dawn id-depożiti.

Sadanittant, għall-mistoqsijiet ta’ The Malta Independent dwar it-trasferiment tal-art pubblika f’San Ġiljan lill-Grupp db, il-Ministru Mizzi qal li l-Viċi Kap tal-PN Mario de Marco, kien fl-istess kamra f’Kastilja jinnegozja l-kuntratt fl-aspetti legali kollha tiegħu.