Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Vann jidħol f'folla nies f'Barċellona; diversi midruba

Xita u ragħad wara San Ġużepp

Charmaine  Attard   -  17/03/17 02:23 PM

Għal tmiem din il-ġimgħa, kulħadd jista’ jserraħ rasu minn temp sabiħ, minkejja ftit tar-riħ.

Madanakollu, il-ġimgħa d-dieħla hu mbassar li se nibdewha b’temp pjuttost xitwi.  It-Tnejn filgħaxija, pressjoni baxxa li se tifforma fuq l-Alġerija, se tersaq ‘il fuq lejn il-Grigal, u se tinfluwenza lill-gżejjer Maltin.

Skont il-paġna ta’ Facebook It-Temp Madwarna, huwa għalhekk li t-Tnejn u t-Tlieta mistennija xi ftit tax-xita bil-possibilità ta’ ragħad.

L-istess paġna tbassar li l-passaġġ ta’ din ir-roqgħa instabbli se jkun pjottost veloċi u min-nhar l-Erbgħa jerġa’ jkollna l-bnazzi.

It-temperaturi mistennija jibdew jiżdiedu ftit ftit. Lejn tmiem ix-xahar ta’ Marzu, mistennija jilħqu jew jaqbżu l-20 grad Celsius.