Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

“Invoice falza ta’ sistema illegali” – Joseph Muscat

Charlene Valentina  Giordimaina  -  19/03/17 10:30 AM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva bħala “invoices foloz ta’ sistema illegali” l-invoices li allegatament kienu qed joħorġu mill-Partit Nazzjonalista b’rabta mal-arranġament li kien hemm biex negozjant iħallas uffiċjali għolja tal-PN isejjħu lill-kumpanija Sky Gourmet Malta, li hi kumpanija sussidjarja tad-db Group, ta’ Silvio Debono.

Waqt kollegament telefoniku fuq ir-radju tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru qal li b’din l-aħbar, il-ftit kredibilità li seta’ kien fadallu l-kap tal-PN Simon Busuttil, “it goes down the drain”. Sostna li din l-aħbar turi kemm Simon Busuttil hu falz, għax ħareġ invoices illegali u kontra l-liġi tal-finanzjarjament tal-Partiti fuq kumpanija li tagħmel l-ikel tal-Airmalta u li tagħha qatt ma rajna reklami. Qal li “Mhux ta’ b’xejn li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma riedx jippubblika l-invoices.”

Saħaq li l-falsità ta’ Simon Busuttil toħroġ ukoll mill-fatt li hu għamel 4 snin jitkellem fuq governanza u trasparenza, filwaqt li ħoloq sistema ta’ invoices foloz.

B’referenza għal Simon Busuttil, Joseph Muscat qal li min mhux kapaċi jżomm partit magħqud, mhux se jkun kapaċi jżomm pajjiż magħqud. Qal li dan b’kuntrast għal Gvern Laburista, li qed iwettaq dak li wiegħed, mill-wegħdiet il-kbar għal dawk żgħar.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li “Illum nista’ ngħid li dak li wegħdna qed nagħmluh u din hi xi ħaġa bla preċedent.”

“Il-PL hu l-uniku partit li kiser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti” – PN

B’reazzjoni l-Partit Nazzjonalista qal li l-uniku partit politiku li kiser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti hu l-partit ta’ Joseph Muscat.

Jgħid li dan għal numru ta’ raġunijiet, fosthom li hu l-uniku partit li ma rreġistrax bħala partit politiku skont il-liġi.