Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Adrian Delia bi stedina għall-Prim Ministru   |  Arrestati aktar uffiċjali Katalani   |  "Is-siġġu tan-nies" - Ivan Bartolo; Cordina se jibqa’; Marlene qed tagħmel suwiċidju - Briguglio   |  Puli ma jgħidx hux lest li jċedi s-siġġu; pressjoni fuq Schiavone   |  L-Arċisqof iħeġġeġ lill-għalliema biex ikollhom stil san ta’ ħajja

Filmat: Fuq, isfel, ħmura, ċlampu, mezzu...

Ian Noel  Pace  -  19/03/17 08:30 AM

Li tbassar it-temp tal-gżejjer Maltin tidher faċli. Biżżejjed tidħol f’xi sit tat-tbassir tat-temp, tara r-ritratti mis-satellita u tkun taf x’se jolqtok.

Imma fir-realtà din hija x-xjenza ta’ kif tinterpreta l-informazzjoni miġbura minn numru ta’ sorsi bħas-satelliti, apparat meteoroloġiku u uffiċċji meteoroloġiċi oħra. Din l-informazzjoni tiddaħħal f’super computer li jinsab fir-Renju Unit u li wara analiżi speċifika jibgħat mudelli ta’ kif se jkun it-temp. Dawn il-mudelli jiġu studjati mill-bassara li joħorġu r-rapporti tat-temp.

Il-bassar tat-temp Brian Micallef tkellem ma’ Newsbook.com.mt u spjega kif isir it-tbassir tat-temp.

Minkejja li l-perċezzjoni ta’ ħafna nies hija li t-tbassir tat-temp qatt ma jkun korrett, Micallef qal li l-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għandu rata ta’ suċċess għolja ħafna. Żied jgħid li l-perċezzjoni tista’ tkun żbaljata għax xi drabi t-temp li jkun ġie mbassar jolqot biss xi nħawi partikolari ta’ Malta u Għawdex u mhux kullimkien.

Mistoqsi għalfejn, aktar iva milli le, fronti ta’ maltemp iduru mal-gżejjer u ma jgħaddux minn fuqna, huwa qali li dan huwa fenomenu li se jiġi studjat għax s’issa għad ma hemmx spjegazzjoni ċara għalfejn jiġri dan.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta joffri s-servizz ta’ tbassir u twissijiet tat-temp għas-settur tal-avjazzjoni u dak marittimu kif ukoll għall-pubbliku ġenerali.

Filmati: Ian Noel Pace