Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Investigati żewġ messaġġiera tal-Qorti   |  

L-Ordni ta' Malta toħroġ b'idea ġdida għal żmien ir-Randan

Catherine  Aquilina  -  19/03/17 09:05 AM

Il-Papa ilu għal dawn l-aħħar snin jipproponi biex fi żmien ir-Randan, apparti li jiċċaħħad ftit mill-ikel, għandu wkoll jaħtaf dan iż-żmien tas-sena biex jgħin lil min hu fil-bżonn u jitgħallem ikun aktar ġeneruż.

Fuq Twitter, il-Papa spjega li “s-sawm ma jfissirx biss li tiċċaħħad mill-ħobż, iżda wkoll li taqsam il-ħobż ma’ min hu bil-ġuħ.”

L-Ispanjoli membri tal-Ordni ta’ Malta ħatfu kliem il-Papa u għal żmien ir-Randan taw bidu għal kampanja ta’ għarfien dwar is-sawm u l-ġenerożià, bħalma jipprietka l-Papa. 

Li qed jipproponu hu li waqt ir-Randan, kull nhar ta’ Ġimgħa, l-Insara jibdew jieklu ross jew soppa, u l-flus li kienu se jonfqu fuq ikel ieħor jagħtuh lill-karità.

Dil-kampanja jisimha “Make Lent Count”, inizjattiva sempliċi, iżda b’viżjoni kbira.

L-Assoċjazzjoni Spanjola tal-Ordni ta’ Malta qed tittama li ttejjeb il-ħajja ta’ dawk bil-ġuħ, u tgħin lin-nies biex ikunu aktar ġenerużi mal-proxxmu.