Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Mewt Lisa Maria Zahra: 3 snin wara

Charmaine  Attard   -  19/03/17 08:15 AM

Bħal-lum tliet snin, il-familji Zahra u Tanti bdew telgħin it-telgħa tal-kalvarju, malli waslitilhom l-aħbar li taħt l-irdum ta’ Ħad-Dingli nstabu żewġ żgħażagħ: Lisa Maria Zahra ta’ 15-il sena bla ebda sinjal ta’ ħajja u Erin Tanti ta’ 23 sena b’għadd ta’ ġrieħi. 

F’April 2014, Erin Tanti tressaq il-Qorti mixli b’sitt kapi ta’ akkuża fosthom:

  • li qatel lil Lisa Maria
  • li poġġielha ħajjitha fil-periklu bil-konsegwenza li wasslet għal mewt tagħha
  • li kellu relazzjoni sesswali ma’ tfajla taħt l-età
  • u li ħa vantaġġ mill-pożizzjoni tiegħu ta’ għalliem

Wara li ġiet konkluża l-kumpilazzjoni tax-xhieda,  Tanti tqiegħed taħt Att ta’ Akkuża, li jfisser li l-każ jgħaddi quddiem il-Qorti Kriminali, jiġifieri jibda l-ġuri.  L-avukati ta’ Tanti appellaw mill-kapi ta’ akkuża, iżda r-riżultat tal-appell għadu ma ħariġx. 

Erin Tanti ngħata l-ħelsien mill-arrest f’Ġunju 2015 wara kważi 15-il xahar arrestat.

Xi spikka l-iktar fil-Qorti?

  • Fuq il-mowbajl ta’ Erin, irriżulta li Lisa kienet imniżżla bħala douche bag
  • Fuq il-mowbajl ta’ Lisa Maria nstabu tliet ritratti tagħha bla ħwejjeġ u f’wieħed minnhom jidher ir-rifless ta’ Tanti
  • Il-messaġġi indikaw li kienet idea ta’ Erin li jmorru fuq l-irdum
  • Erin kien qal lil Lisa li xtara dak kollu li kien hemm bżonn u rrefera għall-aspirina u l-whiskey
  • F’ittra li taha f’Jum San Valentinu, Erin jgħid lil Lisa kemm il-ħajja hi bla skop
  • Erin kien ta lil Lisa ktieb b'poeżiji dwar mewt u suwiċidju
  • Fil-kamra ta' Lisa nstab teddy bear bix-xfafar, li allegatament kienet tużahom biex tweġġa’ lillha nnifisha
  • Mill-kamra ta’ Lisa ġew elevati djarju bit-traċċi tad-demm, sigaretti u pregnancy test
  • Erin qal li qatt ma kellu relazzjoni sesswali ma' Lisa, l-investigazzjoni turi mod ieħor
  • Waqt lezzjoni tad-drama Erin bidel ismu għal Cliff Dingli
  • L-Avukat ta' Erin Tanti jsemmi li mal-Pulizija Erin qal li ma qatilhiex hu
  • Erin ħalla nota fejn qal li beża’ li wara li l-familja ta’ Lisa saret taf bir-relazzjoni tagħhom, jissejjaħ pedofelu u jispiċċa l-ħabs
  • Omm Erin ratha stramba li ċemplilha biex jgħidilha li jħobbha. Erin qal lil ommu wkoll li ma jridx jitfakkar bħala pedofelu
  • Omm Erin qalet lill-Pulizija li Erin dam ħafna jistenna li jkellmuh l-Appoġġ
  • Meta xehed Tony Zahra, missier Lisa Maria, saħnet ftit il-qiegħa u Zahra jdur lejn Erin u jgħajjat b’rabja, "Int dħalt id-dar, abbużajt mit-tifla tiegħi, qtilthieli! Għaliex qtilthieli lit-tifla? X'ħadt? Stajt ħadtli d-dar kollha, kollox stajt ħadtli...lit-tifla ħadtli?"
  • Iz-ziju ta' Lisa Maria jipprova jħebb għal Erin
  • Ħabib ta’ Erin jgħid ftit xhur qabel Erin beda jinqata’ għalih. Kien qallu li qed iħoss li qed isir soċjopatiku, imma kien jgħidlu li kuntent ma’ Lisa u li kien iħobbha

X’qalu dwar Lisa?

  • Winston J. Zahra, il-kuġin ta’ Lisa Maria kienet iddeskrivieha bħala tfajla bi kwalitajiet sbieħ, iżda li bħaż-żgħażagħ kollha ta’ 15-il sena kellha l-mumenti sbieħ u koroh f’ħajjitha.  Għaddiet minn żmien diffiċli minħabba l-eżamijiet u kienet ukoll vulnerabbli
  • Missier Lisa, Tony Zahra, kien qal fil-Qorti li meta kellha 12-il sena nfurmawh mill-iskola li Lisa kienet qed tweġġa' lilha nnifisha
  • L-għalliema tal-matematika ta’ Lisa, iddeskrivietha bħala bubbly, dejjem ferħana u intelliġenti

Illum, Lisa Maria qed titfakkar fis-27 edizzjoni tal-ġirja f’Ħad-Dingli organizzata b’kollaborazzjoni ma’ St Patrick’s A.C.