Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

18-il sena ilu pulizija jinqatel minn sieħbu

Alvin  Vassallo  -  20/03/17 02:27 PM

L-20 ta’ Marzu, 1999 ħassad il-ħajja tal-kuntistabbli Mark Farrugia.

PC 525 kien inqatla fuq l-għatba tad-dar tiegħu f’Ħal Tarxien, xħin kien dieħel wara lejl xogħol.

Mark Farrugia kellu 24 sena u kien ilu pulizija ftit anqas minn erba’ snin.

B’rabta mal-qtil tiegħu, fl-2001 Etienne Carter, kuntistabbli kien ħati bil-qtil tiegħu u weħel 22 sena ħabs.

Fil-Qorti nstema' li Farrugia nqatel bi tpatija minħabba li kien irraporta lil Carter talli saq karozza mingħajr polza tal-assigurazzjoni.