Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Il-PL bi proposti għan-negozji   |  Il-PN jippreżenta l-proposti dwar is-saħħa

"Waqt li nipproponu li ma jitraqqdux klieb, nikkontemplaw għandniex noqtlu anzjan" - Fenech Adami

Mill-Parlament    -  20/03/17 08:30 PM

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ddeskriva bħala “ironiku” l-fatt li waqt li l-pajjiż qed jgħaddi liġi biex iħares klieb tal-protezzjoni ċivili li jirtiraw minn mewt prematura, fl-istess ħin beda dibattitu dwar l-ewtanasja.

Huwa kien qed jitkellem waqt dibattitu dwar abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-protezzjoni ċivili.

Fost l-oħrajn, l-abbozz jipproponi li klieb li jirtiraw minn dan il-korp ma jitraqqdux jekk mhux f’każijiet estremi. L-abbozz jgħid li “kemm-il darba ma jingħatax parir xort’oħra minn kirurgu veterinarju, annimal li ma jkunx iktar ta’ użu għall-Forza, tkun xi tkun ir-raġuni, għandu preferibbilment jiġi mogħti lil xi persuna jew korp li jkun jista’ jkompli jittratta l-annimal b’mod xieraq meta jirtira. Il-Forza m’għandha qatt tneħħi l-ħajja ta’ ebda annimal sempliċement għaliex minnufih ma tkun instabet ebda persuna adattata biex tieħu ħsieb dak l-annimal."

Dr Fenech Adami qal li dak li qed tipproponi l-liġi huwa pożittiv.

Fl-istess ħin, irrimarka li “waqt li l-kelb tal-protezzjoni ċivili rridu nipproteġuħ”, is-soċjetà Maltija qed tikkontempla l-introduzzjoni tal-ewtanasja u “nikkontemplaw anzjan jekk għandniex noqtluh”.