Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Adrian Delia bi stedina għall-Prim Ministru   |  Arrestati aktar uffiċjali Katalani   |  "Is-siġġu tan-nies" - Ivan Bartolo; Cordina se jibqa’; Marlene qed tagħmel suwiċidju - Briguglio   |  Puli ma jgħidx hux lest li jċedi s-siġġu; pressjoni fuq Schiavone   |  L-Arċisqof iħeġġeġ lill-għalliema biex ikollhom stil san ta’ ħajja

Filmat: Jaħdem filmat li jarawh 4 miljun darba

Charmaine  Attard   -  20/03/17 04:58 PM

Filmat li ttella’ fuq l-internet minn adolexxenti b’diżabilità rawh iktar minn erba’ miljun darba fuq Facebook.

Lewis Hine minn Portsmouth ħoloq dan il-filmat biex jiċċelebra għeluq is-16-il sena tiegħu.

Meta kellu sena u ħames xhur, lil Lewis sabulu tumur f’moħħu. S’issa diġà sarulu aktar minn 12-il operazzjoni.

Lewis stqarr, li għamel il-filmat għax irid juri lin-nies l-isfidi kollha li jaffaċċja kuljum. Sostna li kulħadd għandu sfidi differenti, iżda kulħadd jaffaċċjahom bil-mod tiegħu.

Saħaq li l-mard u d-diżabilità tiegħu huma ta’ sfida kbira, u għalkemm jistgħu jaffettwawlu kemm jgħix, mhux se jiddeterminaw kif jgħix ħajtu.