Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ikkonfiskati bajd aħdar, tiġieġ nej u laħam ħażin

Lara Michelle Camilleri  -  20/03/17 04:15 PM

Matul l-ewwel kwart tal-2017, ‘il fuq minn 180 kilogramma ta’ prodotti tal-laħam, tal-ħalib u tat-tjur ġew ikkonfiskati minn għadd ta’ passiġġieri mill-Uffiċjali tad-Dwana.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li dawn il-passiġġieri, bil-maġġoranza ġejjin minn pajjiżi terzi, intgħażlu biex issirilhom tfittxija fil-bagalji tagħhom wara li ntefa’ suspett fuqhom hekk kif għaddew mill-kontrolli tas-sigurtà.

Il-prodotti li ġew ikkonfiskati, li jinkludu zliezet, tiġieġ nej, laħam ħażin u bajd aħdar, ingħataw lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jinqerdu għalkollox.

Id-Dwana saħqet li dawn il-prodotti huma pprojbiti milli jidħlu fl-Unjoni Ewropea minħabba r-riskji fuq saħħet in-nies.