Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Adrian Delia bi stedina għall-Prim Ministru   |  Arrestati aktar uffiċjali Katalani   |  "Is-siġġu tan-nies" - Ivan Bartolo; Cordina se jibqa’; Marlene qed tagħmel suwiċidju - Briguglio   |  Puli ma jgħidx hux lest li jċedi s-siġġu; pressjoni fuq Schiavone   |  L-Arċisqof iħeġġeġ lill-għalliema biex ikollhom stil san ta’ ħajja

Il-PN isostni li l-flus ta' db marru għall-programmi

Charlene Valentina  Giordimaina  -  20/03/17 07:23 PM

Il-Partit Nazzjonalista sostna li r-relazzjoni kummerċjali ta' Media.link Communications mal-kumpanija db Group u li hu involut fihom Silvio Debono hi ta' programmazzjoni tal-programmi.

Il-PN stqarr dan bi tweġiba għal dak li qalu l-Ministru Owen Bonnici u d-Deputat Laburista Clifton Grima f'konferenza tal-aħbarijiet, fejn, b'referenza għal artiklu li deher f'ġurnal lokali, qalu li l-isem tal-kumpanija li kienet invoiced għad-donazzjonijiet li ta db lill-PN, kienet dik Sky Gourmet, li tieħu ħsieb l-ikel tal-Air Malta.

Qalu li ma jirriżultax li kien hemm reklami tagħha u li lanqas għandha bżonn, u b'hekk tkompli tispikka l-falsità tal-Kap tal-PN Simon Busuttil.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet intqal li "B'din l-istorja, mhux biss ikomplu l-konfermi kemm l-invoices huma verament foloz u illegali, iżda li dawn l-invoices li nħarġu fuq kumpanija oħra biex ikunu moħbija."

B'reazzjoni, il-PN qal li "Wara li nqabad li l-partit tiegħu hu l-uniku partit politiku f'Malta li kiser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, il-Ministru Owen Bonnici qed jipprova jħawwad l-affarijiet apposta."

Sostna li Owen Bonnici hu falz.