Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
​Godfrey Farrugia jirriżenja minn Whip tal-Partit Laburista   |  "L-uniku estremiżmu aċċettabbli huwa dak tal-karità" - il-Papa   |  KAŻ EGRANT: Il-‘whistleblower’ fil-gazzetti; it-Times tgħid li hemm akkużi kontriha   |  “L-ispiża fuq kull ħaddiem b’paga minima se tiżdied b’€450 sal-2019” – Gordon Cordina

Il-President b'messaġġ pożittiv dwar saħħet immigranti nisa

Charlene Valentina  Giordimaina  -  20/03/17 07:54 PM

Waqt laqgħa tal-Mexxejja Politiċi Nisa, il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca ddedikat id-diskors tal-ftuħ tagħha biex titkellem dwar l-importanza tas-saħħa mentali ta' immigranti u refuġjati nisa, b'mod partikolari ta' dawk li huma ommijiet.

Waqt il-Global Forum imtella' mill-Mexxejja Politiċi Nisa, il-President bdiet id-diskors tagħha b'referenza għal statistika, fosthom li n-nisa jirrappreżantaw kważi nofs il-244 miljun immigrant tad-dinja u nofs id-19.6 miljun refuġjat internazzjonali. Kompliet billi qalet kif rapporti tan-Nazzjonijiet Magħquda juru li 60% ta' mwiet ta' ommijiet li setgħu jkunu evitati iseħħu f'ambjenti umanitarji, u li hu stmat li mill-inqas mara waħda minn kull ħames refuġjati esperjenzaw vjolenza domestika.

Il-President saħqet li għalhekk hu inaċċettabbli li l-vuċi ta' immigranti u refuġjati nisa ftit li xejn jinstema' meta jkunu qed jinkitbu u implimentati liġijiet li għandhom jindirizzaw il-bżonnijiet tagħhom stess.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li rridu nkomplu naħdmu flimkien biex jinħolqu opportunitajiet għan-nisa kollha biex ikollhom ċans ikollhom rwol attiv fil-liġijiet.

Saħqet li l-parteċipazzjoni tan-nisa hi essenzjali kull ħin u f'kull settur.

Ritratt: OPR