Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żdiedu t-talbiet għall-għajnuna psikjatrika waqt l-elezzjoni   |  "Kultura fejn il-kelmiet 'qaddej' u 'messaġġier' ma jinftehmux" - L-Arċisqof   |  ​"L-ommijiet ta' persuni pubbliċi jbatu fil-moħbi"   |  L-Istati Uniti twissi lis-Sirja dwar attakk kimiku ieħor "qed jinħema"

Il-Qorti tordna li jinqerdu 1,755 par żarbun

Charmaine  Attard   -  20/03/17 02:50 PM

Se jiġu meqruda 1,755 par żarbun b’ditta falza ta’ Timberland.

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ddikjarat li l-prodotti kienu manifatturati bi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-kumpanija Timberland.

Għaldaqstant ordnat lill-Kontrollur tad-Dwana biex iż-żraben jinqerdu fi żmien 90 ġurnata.

Iż-żraben kienu destinati għas-suq Alġerin.

Il-każ seħħ f’Settembru li għadda, meta uffiċjali tad-Dwana spezzjonaw kontejner fuq bastiment fil-Port Ħieles u ssuspettaw li ż-żraben ma kinux awtentiċi.

Dan ġie kkonfermat minn testijiet li saru fuq iż-żraben.