Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Adrian Delia bi stedina għall-Prim Ministru   |  Arrestati aktar uffiċjali Katalani   |  "Is-siġġu tan-nies" - Ivan Bartolo; Cordina se jibqa’; Marlene qed tagħmel suwiċidju - Briguglio   |  Puli ma jgħidx hux lest li jċedi s-siġġu; pressjoni fuq Schiavone   |  L-Arċisqof iħeġġeġ lill-għalliema biex ikollhom stil san ta’ ħajja

Imut waqt li kien qed jiċċarġja l-iPhone fil-banju

Leon  Xuereb  -  20/03/17 02:23 PM

Raġel ħa xokk waqt li kien qed jiċċarġja l-mowbajl hu u jinħasel fil-banju.

Richard Bull ta’ 32 sena, residenti Londra, miet meta mess iċ-ċarġer tal-iPhone waqt li kien qed jinħasel.

Skont l-awtopsja l-mewt ta’ Bull kienet riżultat ta’ inċident.

L-awtoritajiet Ingliżi qalu li se jibgħatu rapport lill-Apple dwar dak li ġara biex kemm jista’ jkun jiġu evitati mwiet hekk fil-futur.

Hu maħsub li Bull qabbad iċ-ċarġer ma’ estenzjoni tal-elettriku mill-kuritur għall-kamra tal-banju, fejn kellu l-mowbajl fuq sidru waqt li kien qed jieħu banju.