Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Investiment ta' €10 miljun għal Dar il-Mediterran

Lara Michelle Camilleri  -  20/03/17 06:32 PM

Il-proġett ‘Reliving the Sacra Infermeria’ ġie approvat uffiċjalment mill-UNESCO b'investiment ta' €10 miljun.

Waqt żjara f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li l-UNESCO qablet mal-interventi li se jsiru biex jikkonservaw Dar il-Mediterran; f’liema post jiġu organizzati konferenzi, laqgħat, seminars, attrazzjonijiet kulturali, teatrali u mużikali, kif ukoll wirjiet fuq livell internazzjonali.

Għaldaqstant, se jinfetħu spazji ġodda biex ikunu jistgħu jintużaw filwaqt li se jitjiebu s-servizzi fl-oqsma tal-konferenzi u l-konvenzjonijiet.

Barra minn hekk, il-viżitaturi tal-bini se jkunu jistgħu jgħixu dak li kien jiġri fl-era tal-Kavallieri permezz tat-teknoloġiji augmented realityholographic technology u time-windows.

Il-Ministru fakkar li dan il-proġett, qabel ma ġie sottomess għall-iskrutinju tal-UNESCO, kien ukoll approvat minn entitajiet lokali bi proċess twil ta’ konsultazzjoni.