Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żdiedu t-talbiet għall-għajnuna psikjatrika waqt l-elezzjoni   |  "Kultura fejn il-kelmiet 'qaddej' u 'messaġġier' ma jinftehmux" - L-Arċisqof   |  ​"L-ommijiet ta' persuni pubbliċi jbatu fil-moħbi"   |  L-Istati Uniti twissi lis-Sirja dwar attakk kimiku ieħor "qed jinħema"

Issa forsi għandna wkoll il-Patrun tal-Internet

Francesco Pio  Attard  -  20/03/17 06:28 PM

Tv2000, l-istazzjon televiżiv tal-Konferenza Episkopali Taljana, illum iddedika ġurnata ta’ xandir lil adolexxent Milaniż li miet fl-età ta’ 15-il sena kawża ta’ lewkimja, u issa nfteħet il-kawża għall-beatifikazzjoni tiegħu.

Carlo Acutis, minn Milan, miet fl-2006, u issa qed jitqies il-futur Patrun tal-Internet.

Dawk kollha li kienu jafuh itennu li l-Qaddej ta’ Alla kien persuna normali, adolexxent ta’ żmienna. Qabel ma marad u l-lewkimja ħasditlu ħajtu fi tlitt ijiem, kien iqatta’ l-ġranet tiegħu l-iskola, fl-inħawi fejn kien joqgħod, jiġri bir-rota, u kellu passjoni għall-kompjuter.

Fl-istess waqt kien Nisrani impenjat, imur il-Quddiesa kuljum. “Din hi t-triq għall-Ġenna”, kien iħobb jgħid.

Il-proċess djoċesan għall-beatifikazzjoni tiegħu għalaq f’Novembru li għadda, u issa d-dokumentazzjoni ġiet mgħoddija lis-Santa Sede.

Jaf isir il-Protettur ta’ dawk li jużaw l-internet.

Tal-inqas hekk jawgura Mons. Dario Edoardo Viganò, Prefett tas-Segreterija għall-Komunikazzjoni tas-Santa Sede: “Għandna patruni għal kollox, imma għadna bla Patrun tal-Internet”.

Żgur li, grazzi għall-internet, l-istorja ta’ dan it-tifel qabżet il-konfini tal-ħbiberiji li kellu. Fil-fatt, illum, grazzi għall-wirja virtwali fuq il-mirakli Ewkaristiċi li ħoloq hu, l-istorja u l-wirt spiritwali tiegħu huma magħrufa mid-dinja kollha: mill-Filippini sa Cape Verde, mill-Brażil saċ-Ċina.