Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Jittella' programm ta' Motocross f'Għawdex

Kris  Gilson  -  20/03/17 06:06 PM

Il-Gozo Motocross Association il-Ħadd wara nofsinhar organizzat FunRace mifruxa fuq tliet Klassijiet.

Fi Klassi A, Mario Cauchi beda fuq quddiem nett segwit minn Etienne Bigeni li kien sfortunat meta matul it-tielet heat ġarrab ħsara fil-mutur tiegħu u kellu jieqaf f’nofs tellieqa.

Għaldaqstant, Cauchi daħal l-ewwel post filwaqt li Keith Bugeja li għal dan l-avveniment kien promoss fi Klassi A minn B, spiċċa fit-tieni post.

Fit-tielet daħal Robert Spiteri fuq YZF 250cc.

Intant fi Klassi B rritorna Matthew Zammit fuq YZF 250cc, li rabaħ din il-kategorija u warajh daħal Anthony Fenech segwit mill-qrib minn Frank Xuereb li spiċċa fit-tielet post.

Mark Camilleri daħal fir-raba’ post u Godfrey Bigeni, li fl-ewwel heat kellu ħsara fil-mutur tiegħu, spiċċa fil-ħames post.

Fi Klassi Ċ, għal darboħra svolġiet tellieqa mill-isbaħ minn Matthew Spiteri li daħal fl-ewwel post, b’massimu ta’ 60 punt.

Fit-tieni post daħal iż-żagħżugħ Kurt Fenech filwaqt li Marvin Sultana li kien qed jagħmel id-debutt tiegħu, irnexxielu jidħol fit-tielet post.

Raymond Caruana, Steve Cassar u Emma Xuereb spiċċaw fir-raba', il-ħames u s-sitt post rispettivament.

Ir-rebbieħa tal-ġurnata ngħataw trofej kull wieħed kif ukoll vouchers sponsorjati minn Ravenol High Performance Lubricant mingħand Galea General Services.


Ritratt: Alain Salvary