Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ma kontx naf x'se naqbad nagħmel" - Il-Gwardjan tal-Knisja ta' Ġieżu   |  Jinħassu xi theżżiżiet fin-Nofsinhar ta' Malta   |  Raġel arrestat wara li "qajjem kommossjoni" quddiem il-Knisja tat-Trinità fil-Marsa   |  Donald Trump lest 'iwaqqa' l-Gvern' l-aqwa li jibni l-ħajt   |  

Miet il-kardinal li jaħsel it-twieqi

Francesco Pio  Attard  -  20/03/17 09:13 PM

Il-Kardinal mir-Repubblika Ċeka Miloslav Vlk, li kien jaħsel it-twieqi u jiċċelebra klandestinament fi żmien il-Komuniżmu, miet b’kanċer nhar is-Sibt fi Praga, fl-età ta’ 84 sena.

L-Arċisqof irtirat ta’ Praga kien l-ewwel President tal-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej li laħaq mill-Ewropa tal-Lvant, u ħadem kemm felaħ biex jerġa’ jibni l-Knisja u s-soċjetà wara l-waqgħa tal-Komuniżmu fir-reġjun, u biex jiddefendi l-valuri Nsara f’wiċċ is-sekulariżmu u l-materjaliżmu tal-Punent.

Il-Papa Franġisku faħħar il-ħeġġa tal-Kardinal Vlk għall-ferħ tal-Vanġelu u għat-“tiġdid awtentiku tal-Knisja” li spikka fil-ministeru tiegħu.

Għaxar snin wara li qaddes, fl-1968, ir-reġim Komunista kien neħħielu l-permess li jaħdem ta’ saċerdot. Għalhekk qatta’ għaxar snin sħaħ jaħsel it-twieqi tal-bini tal-gvern.

Sadattant xorta kompla jwettaq il-ministeru tiegħu bil-moħbi, bħal ħafna qassisin sħabu, u jżomm kuntatt ma’ studenti u gruppi dissidenti.

“Ir-rieda ta’ Alla tista’ tkun differenti f’mumenti differenti ta’ ħajjitna”, kien qal fl-1991. “Xi drabi r-rieda tiegħu hi li naħsel it-twieqi, u drabi oħra hi li nkun arċisqof”.