Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Numru rekord ta’ kumpaniji f’Jum ir-Responsabbilità Soċjali Korporattiva 2017

Karl  Wright  -  20/03/17 09:05 AM

Rekord ta’ 15-il kumpanija ewlenija f’Malta ngħaqdu flimkien biex jieħdu sehem fis-16-il edizzjoni tal-Jum ir-Responsabbilità Soċjali Korporattiva 2017 (CSR Day).

Mijiet ta’ impjegati minn AIS Group, Computime Group, Express Trailers Ltd, Farsons Group, Forestals Group, FTIAS Ltd, Gasco Energy, GreenPak Co-Op, HSBC Bank Malta, HSBC UKCC Malta, Liquigas Malta Ltd, MEUSAC, Multigas Ltd, Nectar Group, u Tumas Group ipparteċipaw f’wirja sabiħa ta’ impenn għal bidla soċjali pożittiva.

Jum ir-Responsabbilità Soċjali Korporattiva hi attività annwali li evolviet mill-festa pubblika ta’ San Ġużepp Ħaddiem.

Filgħodu, il-kumpaniji parteċipanti u r-rappreżentanti tagħhom inġabru flimkien fir-residenza uffiċjali tal-President ta’ Malta Marie-Louise Colerio Preca li laqgħet u rringrazzjat lill-volontiera għall-kontribut siewi li qed jagħtu lis-soċjetà. Ir-rappreżentant tal-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Cordina kien ukoll preżenti għall-okkażjoni.

Mill-Palazz ta’ San Anton, il-gruppi marru lejn il-postijiet rispettivi tagħhom u wettqu għadd ta’ xogħlijiet fosthom żebgħa, tqegħid ta’ madum, ġardinaġġ u tindif. Uħud għażlu li jieħdu tfal minn għadd ta’ djar ta’ karità dawra ma’ postijiet interessanti.

Bl-ebda ordni partikolari, is-siti magħżula kienu ċ-Ċentru Helen Keller, Qrendi; Dar Fra Diegu, Ħamrun; it-Torri ta’ San Tumas, Marsaskala; Ċentru Taħriġ, Santa Venera; Richmond Foundation’s Kids In Development Programme (KIDs), Żejtun; San Blas Therapeutic Community, Żebbuġ; Dar San Ġużepp, Santa Venera; Sisters of Charity, Bormla; u s-Sorijiet tal-Ursolini, Ħal Tarxien.