Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Keith Schembri bi kwerela l-Qorti kontra Simon Busuttil   |  Il-Gvern jitlob lill-PAC jinvestiga r-rapport tal-AĠ; Jason Azzopardi jilqa’ l-investigazzjoni   |  "Il-PA qed tiftaħ lok għal abbużi" - Il-Kamra tal-Periti   |  Wara t-telfa f'Mosul, l-ISIS jippjana gwerra ċivili oħra

Fenech Adami jallega użu ta' ittri anonimi biex "jiżvijaw" każ dwar politiċi u droga f'Għawdex

Mill-Parlament    -  20/03/17 09:00 PM

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li diversi esponenti tal-Oppożizzjoni rċevew ittri anonimi li jakkużaw lis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana u lill-Maġistrat Għawdxi Grezzju Mercieca b’involviment fil-każ fejn allegatament inbidlet stqarrija li kienet saret lill-Pulizija ta’ Għawdex dwar traffikar ta’ droga. Huwa qal li l-Oppożizzjoni, iżda hija ċerta li dan huwa tentattiv biex tkun żvijata l-inkjesta dwar dan il-każ.

Huwa kien qed jitkellem waqt dibattitu fil-Parlament dwar emendi għall-att dwar il-protezzjoni ċivili.

Il-każ huwa dwar allegazzjoni li tfajla li nqabdet b’pussess ta’ droga u li kienet kixfet lil xi traffikanti ta’ droga tħalliet tbiddel l-istqarrija tagħha lill-Pulizija wara intervent ta’ żewġ ministri u laqgħa tard bil-lejl ma’ missier wieħed mill-allegat traffikanti fil-Ministeru ta’ Għawdex f’Ottubru 2013.

Dr Fenech Adami qal li l-każ huwa wieħed serju għaliex jallega kollużjoni bejn politiċi u traffikanti tad-droga. Staqsa għaliex il-Gvern ma nediex investigazzjoni bi tliet imħallfin hekk kif għamel dwar l-allegazzjonijiet dwaru.  Staqsa kif avukat li huwa ekskandidat tal-Partit Laburista jinvestiga tliet ministri.

Huwa wissa li l-każ se jiħrax hekk kif it-traffikati tad-droga se jfittxu li jiddefendu l-interessi tagħhom hekk kif iħossu ċ-ċirku jagħlaq madwarhom. Irrefera għal ittra anonima li rċevew diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista fosthom deputati parlamentari u preżentaturi fuq ir-radju. L-ittra hi ffirmata minn “Persuna Għawdxija eks-Laburist” u tallega li s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana u l-Maġistrat Grezzju Merċieca  kienu ż-żewġ membri tal-Gvern li rranġaw il-verżjoni taż-żewġ żgħażagħ.

“Jien konvint li wara din l-istorja ma kienx hemm Dr Grezzju Mercieca li ftit ġranet ilu nħatar maġistrat fil-qorti ta’ Għawdex u Justyne Caruana" qal Fenech Adami waqt li saħaq li hemm persuni li qed jitfgħu it-tajn fuq dawn l-uffiċjali tal-Gvern “biex jiżvijaw investigazzjoni li suppost qed issir”. 

Huwa staqsa lill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela u lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jinvestigaw min mill-kollegi tagħhom kien involut.

Fi tweġiba, il-Ministru Abela qal li mhux ir-rwol tiegħu li jidħol f’inkjesta li tkun qed issir, iżda li jħalli lill-avukat inkwirenti jagħmel xogħlu bit-trankwillità neċessarja.