Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żdiedu t-talbiet għall-għajnuna psikjatrika waqt l-elezzjoni   |  "Kultura fejn il-kelmiet 'qaddej' u 'messaġġier' ma jinftehmux" - L-Arċisqof   |  ​"L-ommijiet ta' persuni pubbliċi jbatu fil-moħbi"   |  L-Istati Uniti twissi lis-Sirja dwar attakk kimiku ieħor "qed jinħema"

Se jitwaħħlu barrikati fejn Bieb il-Bombi

Alvin  Vassallo  -  20/03/17 06:42 PM

Transport Malta se twaħħal barrikati fiċ-central strip ta’ Triq Nazzjonali,  il-Furjana.

Dan sabiex tħeġġeġ lin-nies jużaw il-passaġġ ta’ taħt it-triq biex jaqsmu u b’hekk inaqqsu r-riskju ta’ inċidenti f’waħda mill-aktar toroq traffikużi.

Spjegat li l-passaġġ qed jitnaddaf kuljum u twaħħlu kameras tas-sigurtà biex titjieb is-sigurtà.

Temmet tgħid li x-xogħlijiet se jibdew isiru mil-lejl u se jkomplu matul il-ġimgħa bejn it-8pm u t-3am.

Minkejja li se jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet, it-triq mhux se tingħalaq għat-traffiku.