Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

Siġra fil-Ghana toqtol 18 u todrob 22

Matthew Borg  -  20/03/17 11:44 AM

Minn tal-inqas 18-il persuna, il-maġġoranza studenti, mietu, u 22 oħra ndarbu f’inċident sfortunat f’kaskata popolari f’Kintampo, il-Ghana.

L-istudenti kienu qed jgħumu fin-nixxiegħa waqt temp imsaħħab u bix-xita, meta siġra kbira waqgħet għal fuqhom.

Il-Pulizija u t-tim tas-salvataġġ kellhom jużaw lupa sabiex iqattgħu fl-injam u jsalvaw lil dawk li kienu ħajjin, u jiġbru l-iġsma tal-oħrajn.

Il-President tal-Ghana bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tal-mejtin.