Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Tiżdied ir-rata ta' opportunitajiet ta' xogħol f'Malta

Lara Michelle Camilleri  -  20/03/17 02:23 PM

Ir-rata ta’ opportunitajiet ta’ xogħol f’Malta żdiedet fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet meta mqabbla mal-istess kwart tas-sena 2015.

Skont rapport maħruġ mill-Eurostat, ir-rata ta’ opportunitajiet ta’ xogħol fl-aħħar tliet xhur tal-2016 kienet ta’ 2.5% filwaqt li dik ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru tas-sena ta’ qabel kienet ta’ 2.1%. 

L-ikbar rata ta’ opportunitajiet ta’ xogħol f’Malta fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet kienet fis-settur industrijali u kostruttiv (2.4%) u fis-servizzi (2.6%).

L-ogħla rata ta’ opportunitajiet ta’ xogħol fl-aħħar tliet xhur tal-2016 kienet irreġistrata fir-Repubblika Ċeka, fil-Belġju, fil-Ġermanja u fir-Renju Unit filwaqt li l-inqas rata kienet irreġistrata fil-Ġreċja, f’Ċipru, fi Spanja, fil-Polonja, fil-Portugall u fil-Bulgarija.