Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Il-whistleblower tal-Panama Papers għal seminar f'Malta

Matthew Borg  -  20/03/17 01:48 PM

Bradley C Birkenfeld, meqjus bħala wieħed mill-aktar whistle-blowers finanzjarji sinjifikanti fl-istorja riċenti, se jkun Malta għal seminar dwar il-whistleblowing organizzat mill-Kamra tal-Avukati.

Birkenfeld huwa bankier Amerikan li kien strumentali sabiex il-Gvern Amerikan fetaħ l-investigazzjonijiet kontra l-Bank Żvizzeru UBS u banek oħra li kienu qed jgħinu lil ħafna Amerikani jevadu t-taxxa.

B’mod sistematiku, dawn l-organizzazzjonijiet finanzjarji offshore, għall-Amerikani, kienu qed jikkorrompu u jfondu attivitajiet terroristiċi wkoll.

Dan il-persuna distinta, minbarra l-karriera ta’ suċċess li kellu bħala bankier, mistenni l-aktar għall-istorja personali tiegħu. Birkenfeld se jirrakkonta dwar kif l-awtoritajiet ma tawx kasu għall-bidu, dwar l-arrest ta’ 30 xahar li sofra meta fetaħ ħalqu, kif ukoll dwar il-kumpens rekord ta’ $104 miljun li ngħata meta l-informazzjoni li kixef ġiet ivverifikata.

Xogħlu wassal biex jifnetħu għadd ta’ investigazzjonijiet dwar kriminalità marbuta ma’ offshore banking, inklużi l-Panama Papers.

Dan is-seminar huwa wkoll okkażjoni sabiex Birkenfeld iniedi l-ktieb tiegħu, Lucifer’s Banker: The Untold Story Of How I Destroyed Swiss Bank Secrecy.

L-attività se ssir nhar il-Ġimgħa bejn l-4pm u s-6.30pm, il-Casino Maltese l-Belt.

Jekk tixtieq tattendi, ibgħat imejl hawnhekk.