Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Joseph Muscat jispjega l-proposti tal-PL għall-biedja u s-sajd   |  "Il-Forza Nazzjonali ikbar mill-kampanja elettorali" - Simon Busuttil

Rumanz ewlieni Malti ppubblikat fl-Ingilterra u l-Libanu

Matthew Borg  -  22/03/17 10:33 AM

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ħabbar li r-rumanz rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ tliet snin ilu, L-Eżodu taċ-Ċikonji, issa se jkun ippubblikat fl-Ingilterra u l-Libanu.

Il-KNK qal fi stqarrija li dan ma setax isir kieku ma kienx għall-istrateġija addottata minnu, kif ukoll għall-appoġġ mill-Klabb Kotba Maltin.

L-Eżodu taċ-Ċikonji jirrakkonta l-istorja skomda għall-aħħar, iżda xorta waħda mimlija sentimenti qawwija, ta’ Nabil, refuġjat Palestinjan li jispiċċa Malta. Ir-rakkont idur mad-dilemma tal-karattru ewlieni li jaqbad jitfixkel bejn Malta u l-Palestina, il-preżent u l-passat tiegħu fuq din l-art żgħira.

L-awtur, Walid Nabhan, twieled f’Amman, il-Ġordan, f’familja ta’ refuġjati Palestinjani. L-esperjenza ta’ tfulija fil-Ġordan bħala t-tifel ta’ refuġjati Palestinjani kienet qarsa ħafna, u Nabhan tgħallem mit-tfulija jagħraf l-inġustizzja ta’ sistema li tqis familji bħal tiegħu ċittadini ta’ klassi baxxa.

Nabhan kien wasal Malta fl-1990, fejn kompla bl-istudji tiegħu. Kien ftit wara li għalaq l-10 snin Malta, fl-2003, li beda jikteb bil-Malti. Fost ix-xogħol ippubblikat insibu żewġ ġabriet ta’ novelli bil-Malti, Lura d-Dar u ġrajjet oħra li ma ġrawx u Leħen tal-Fuħħar , kif ukoll ġabra ta’ poeżiji Fi Triqti Lejha.

L-Eżodu taċ-Ċikonji huwa x-xogħol l-aktar awtobijografiku tiegħu.