Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Investigati żewġ messaġġiera tal-Qorti   |  

Donald Tusk jinħatar il-President tal-Kunsill Ewropew

Alvin  Vassallo  -  09/03/17 06:43 PM

Donald Tusk reġa’ nħatar il-President tal-Kunsill Ewropew għat-tieni mandat tiegħu għal sentejn u nofs oħra.

L-elezzjoni għal din il-kariga qajmet ftit dibattitu mhux ħażin. Dan hekk kif il-Polonja, pajjiżu, oġġezzjonat għall-ħatra tiegħu

Il-Gvern Pollak saħaq li Donald Tusk kiser il-mandat tiegħu wara li interferixxa fil-politika domestika.

Il-ħatra tiegħu saret waqt li qed jiltaqgħu il-mexxejja Ewropej tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.

Huma mistennija jiddiskutu l-immigrazzjoni, is-sigurtà, l-ekonomija u t-tħejjijiet għas-60 sena mit-Trattat ta’ Ruma.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Joseph Musat iddeskriva lil Tusk bħala bniedem b’saħħtu u li għandu viżjoni għall-Ewropea.