Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Ritratti: Il-President ta' Malta b'appell għall-edukazzjoni favur ir-rispett

Alvin  Vassallo  -  09/03/17 08:33 PM

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca appellat għal aktar edukazzjoni u għarfien għar-rispett lejn xulxin.

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Mara, il-President, ilbieraħ żaret lin-nisa ta’ Dar Merħba Bik u ta’ Dar Qalb ta’ Ġesù.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li filwaqt li s-servizzi fil-qasam tal-abbuż kontra n-nisa komplew jissaħħu, jeħtieġ li nkomplu naħdmu aktar fuq l-edukazzjoni u fuq l-għarfien għar-rispett lejn xulxin, anke fil-kuntest ta’ dak li ppubblikat l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem. 

Il-pubblikazzjoni tindika li sa mill-età ta’ 15-il sena, 15% tan-nisa Maltin irrappurtaw vjolenza fiżika u sesswali, filwaqt li 37% tan-nisa Maltin irrappurtaw forom ta’ vjolenza psikoloġika.

Il-President ħeġġet biex is-soċjetà Maltija tingħaqad f’solidarjetà man-nisa abbużati u appellat lill-qrati biex jibagħtu messaġġ aktar qawwi kontra kull forma ta’ vjolenza fuq in-nisa.

Ritratti: OPR