Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

X’taf fuq l-internet u s-sigurtà?

Alvin  Vassallo  -  12/04/17 06:45 PM

Se tittella’ konferenza bit-tema “Type In LOVE, Type Out Hate” sabiex jiżdied l-għarfien dwar is-cyber-bullying, l-abbuż tat-tfal online u reati ċibernetiċi oħrajn.

Il-konferenza “Type In LOVE, Type Out Hate” se tlaqqa’ għadd ta’ stakeholders inklużi żgħażagħ, ġenituri u edukaturi,policy makers tal-Gvern u organizzazzjonijiet mis-soċjetà ċivili biex jiddiskutu flimkien din il-forma ġdida ta’ bullying – is-cyber-bullying, kif ukoll l-abbuż sesswali tat-tfal online. 

Se jipparteċipaw fiha kelliema u esperti ewlenin minn Malta u l-Unjoni Ewropea li se jippreżentawlna strateġiji ta’ prevenzjoni u intervent, aġġornamenti leġiżlattivi u suġġetti oħrajn relatati mas-cyber-bullying.

Fost il-kelliema se jkun hemm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-Ministru Michael Farrugia, Emanuel Mallia, Evarist Barolo u l-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli.

Type in Love, Type Out Hate se tittella’ mill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Marlene Mizzi  u se ssir fl-Excelsior Hotel, il-Furjana fil-21 ta' April fid-9am.

 Aktar dettalji hawn.