Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Joseph Muscat jispjega l-proposti tal-PL għall-biedja u s-sajd   |  "Il-Forza Nazzjonali ikbar mill-kampanja elettorali" - Simon Busuttil

Isqof Ċiniż miżmum biex jitħarbtu l-festi tal-Għid

.     -  18/04/17 12:00 PM

L-Isqof Vincent Guo Xijin ta’ Mindong fiċ-Ċina ma rritornax lejn id-djoċesi tiegħu wara li kien furzat mill-awtoritajiet tal-pajjiż biex imur fl-Uffiċċju tal-Affarijiet Reliġjużi fis-7 ta’ dan ix-xahar.

L-insara tal-komunita’ tiegħu qalu li dan sar biex jitħarbtu l-festi tal-Għid li fiha l-Isqof Guo Xijin kien se jipparteċipa għall-ewwel darba bħala sinjal ta’ għaqda fost il-kleru.

Id-djoċesi kienet infurmata li l-Uffiċċju għall-Affarijiet Reliġjużi qal lill-Isqof biex jattendi għal “klassi ta’ tagħlim” li ddum 20 ġurnata, ħaġa li ebda isqof ieħor ma qatt kien mitlub jagħmel. Il-Knisja kkundannat lill-awtoritajiet li ħolqu din il-konfużjoni u staqsiet kif kull meta jkun hemm xi festa lit kun tinħtieġ il-preżenza tal-Isqof dejjem tinstab xi skuża biex dan ma jkunx jista’ jattendi.

Skont it-tradizzjoni tal-Knisja, is-saċerdoti kollha tad-djoċesi jingħadu mal-Isqof tagħhom fil-Katidral f’Ħamis ix-Xirka biex jitbierku ż-żjut, fosthom iż-Żejt tal-Griżma, li jintużaw matul is-sena. Din hi wkoll il-festa tal-qassisin.  Din kellha tkun l-ewwel darba li l-Isqof Guo kien se jmexxi ċ-ċerimonja wara l-mewt tal-predeċessur tiegħu f’Lulju li għadda.

Il-belt ta’ Fujian għandha popolazzjoni kattolika ta’ aktar minn 370,000 persuna hu hi waħda mill-akbar komunitajiet tal-knisja moħbija “underground” fiċ-Ċina u fiha hemm joffru s-servizz tagħhom madwar 50 saċerdot u 100 soru.

Fil-Knisja miftuħa fl-istess djoċesi, l-Isqof Vincent Zhan Xilu hu wieħed mis-seba’ Isqfijiet Ċiniżi maħtura mill-Gvern u li sal-lum għad m’hmiex rikonoxxuti mill-Vatikan għalkemm jidher li din is-sitwazzjoni tista’ tkun irranġata fix-xhur li ġejjin.

Fil-provinċja ta’ Hebei fejn hemm kważi miljun Kattoliku, l-Isqof Koadjutur Cui Tai ta’ Xuanhua sparixxa mid-dar ta’ oħtu nhar is-6 ta’ Marzu li għadda meta marru għalih uffiċjali tas-sigurta’. Dan l-Isqof ilu jkun arrestat ripetutament mill-2008 ‘l hawn u jitħalla jirritorna lejn id-dar tiegħu darbtejn fis-sena – fl-Ewwwel tas-Sena Ċiniża u fil-Festival tal-Qamar.