Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
​Godfrey Farrugia jirriżenja minn Whip tal-Partit Laburista   |  "L-uniku estremiżmu aċċettabbli huwa dak tal-karità" - il-Papa   |  KAŻ EGRANT: Il-‘whistleblower’ fil-gazzetti; it-Times tgħid li hemm akkużi kontriha   |  “L-ispiża fuq kull ħaddiem b’paga minima se tiżdied b’€450 sal-2019” – Gordon Cordina

Aħfru u waqqfu l-gwerer

.     -  20/04/17 12:00 PM

F’intervista lill-ġurnal Taljan “La Republika” il-Papa Franġisku enfasizza l-importanza tal-maħfra u sostna li l-gwerra hi l-aktar manifestazzjoni evidenti tad-dnub fid-dinja tal-lum.

L-intervista kienet publikata nhar Ħamis ix-Xirka meta l-Papa mar jaħsel riġlejl numru ta’ priġunieri fil-ħabs ta’ Paliano, ftit barra minn Ruma.  Il-Papa qal li ż-żjara tiegħu fl-imsemmi ħaba kienet sempliċi risposta għall-“madat ta’ Kristu lilna lkoll, iżda b’mod speċjali lill-Isqof li hu missier għal kulħadd – kont il-ħabs u ġejtu żżuruni.”

Filwaqt li xi nies iħarsu lejn il-priġunieri bħala nies imtebba’ bid-dnub, l-insara għandhom ikunu preparati li jaħfru. Il-Papa ssuġerixxa li li nuqqas ta’ kunfidenza fil-possibilta’ ta’ riabilitazzjoni hu sinjal ta’ ipokresija u fakkar fi kliem Kristu meta qal “Min mhux ħati iwaddab l-ewwel ġebla”.

Fil-ħabs ta’ Paliano hemm numru ta’ persuni li qabel kienu membri  tal-Mafia u li wara ikkollaboraw mall-ġustizzja. “Kulħadd jista’ jiżbalja”,  qal il-Papa Franġisku filwaqt li svela li kien ispirat mill-eżempju tal-Kardinal Agostino Caseroli li meta kien Segretarju tal-Istat tal-Vatikan kien żar grupp ta’ detenuti żgħażagħ f’Ruma.  Dawn iż-żgħażagħ sejħulu “Don Agostino” għax ma kienux jafu min hu.

Meta tkellem b’mod ġenerali dwar id-dnub u l-maħfra, il-Papa qal li “id-dnub  jimmanifesta ruħu bil-qawwa distruttiva tiegħu fil-gwerer, f’diversi forom ta’ vjolenza u trattament ħażin u meta nwarrbu lil dawk li huma l-aktar fraġli u vulnerabbli. Wara l-gwerer dinjija tas-seklu 20, illum qed nassistu għal gwerra dinjija oħra li qed tkun miġġielda bil-mod il-mod”.

“Id-dinja għandha twaqqaf is-sinjuri tal-gwerra”, sostna il-Papa. “Meta wieħed iwieġeb il-vjolenza bi vjolenza, fl-aħjar ipotesi dan iwassal għal migrazzjoni furzata u sofferenzi inumani... u fl-agħar każ jista’ jwassal għall-mewt fiżika u spiritwali ta’ ħafna persuni jekk mhux ta’ kulħadd”, wissa il-Papa.