Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
​Godfrey Farrugia jirriżenja minn Whip tal-Partit Laburista   |  "L-uniku estremiżmu aċċettabbli huwa dak tal-karità" - il-Papa   |  KAŻ EGRANT: Il-‘whistleblower’ fil-gazzetti; it-Times tgħid li hemm akkużi kontriha   |  “L-ispiża fuq kull ħaddiem b’paga minima se tiżdied b’€450 sal-2019” – Gordon Cordina

Il-Brittania Services tissokta bl-appoġġ tagħha lill-IĠM

Matthew Borg  -  20/04/17 07:59 AM

Il-kumpanija Brittania Services issoktat bl-appoġġ tagħha lill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) hekk kif kulma jmur riesqa l-lejla finali tal-IĠM Awards.

Il-kumpanija se tkun qed terġa’ tisponsorja l-Kategorija tal-Ġurnaliżmu Barra Minn Malta. Fi stqarrija l-IĠM qalet li din il-kategorija tqanqal parteċipazzjoni qawwija fost il-ġurnalisti, fotografi u cameramen.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Brittania Services, Noel Farrugia, qal li huwa unur għall-kumpanija kemm li taħdem mal-IĠM, kif ukoll li tħabrek biex tixpruna l-ġurnaliżmu lil hinn minn Malta.

Il-lejla finali tas-27 IĠM Award se ssir nhar is-Sibt, 6 ta’ Mejju, fil-Lukanda The Palace.