Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Keith Schembri bi kwerela l-Qorti kontra Simon Busuttil   |  Il-Gvern jitlob lill-PAC jinvestiga r-rapport tal-AĠ; Jason Azzopardi jilqa’ l-investigazzjoni   |  "Il-PA qed tiftaħ lok għal abbużi" - Il-Kamra tal-Periti   |  Wara t-telfa f'Mosul, l-ISIS jippjana gwerra ċivili oħra

UEFA Champions League: Real kontra Atlético u Juventus kontra Monaco fis-Semi Finali

Alvin  Vassallo  -  21/04/17 12:54 PM

It-tim ta’ Real Madrid se jiffaċċja lir-rivali eterni mill-istess kapitali Spanjola, Atlético Madrid fis-Semi Finali tal-UEFA Champions League.

Dan hekk kif illum wara nofsinhar telgħu il-poloz fil-kwartieri tal-UEFA f'Nyon fl-Iżvizzera.

Id-derby ta' Madrid ifakkar il-Finali tal-edizzjoni li għaddiet meta dak inhar kienu Real li ħarġu rebbieħa bil-penalties biex akkwistaw il-11-il tazza taċ-Champions fl-istorja tal-klabb.

Intant it-tieni Semi Finali se tkun dik bejn Monaco u Juventus.

L-aħħar darba li ltaqgħu kontra xulxin dawn iż-żewġ timijiet, kien żewġ staġuni ilu meta Juventus eliminaw lil Monaco u baqgħu għaddejjin sal-Finali li eventwalment kienu tilfu kontra Barċellona.

L-ewwel leg taż-żewġ logħbiet se jintlgħab bejn it-2 u t-3 ta’ Mejju waqt li t-tieni leg huwa skedat għal ġimgħa wara.