Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Tgħid x’tgħid il-liġi, iż-żwieġ jibqa’ bejn raġel u mara” – L-Arċisqof   |  Żewġ persuni jispiċċaw mal-art wara inċident   |  "L-akbar gidba hi li mhux ħa tispiċċa ħażin bid-droga" - żagħżugħ li rebaħ l-isfida tad-droga   |  14-il mara tqila salvati mill-baħar

Il-proġett Mosta Solidali jaqbad triqtu bit-tħabbir ta' diversi inizzjattivi

Matthew Borg  -  21/04/17 07:39 AM

Il-proġett Mosta Solidali qabad triqtu hekk kif ilbieraħ ġew ippreżentati għadd ta’proġetti soċjali minn għaqdiet varji tal-lokalità.

Dawn il-proġetti tħabbru waqt attività fil-Kunsill tal-Mosta, li għaliha kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo.

Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li ħarġu b’dawn l-ideat li se jkunu ta’ għajnuna lill-anzjani, iż-żgħażagħ, l-annimali, kif ukoll imexxu l-isports u jippromwovu ħajja aktar b’saħitha, Buontempo stqarr li l-kunsilli lokali qed jieħdu l-opportunità offruti lilhom mill-Gvern permezz ta’ fondi allokati apposta.

Huwa qal li l-politika tal-Gvern hi waħda msejsa fuq il-ħtiġijiet tan-nies, politika li ma tħalli ’l ħadd barra.

Tkellem ukoll is-Sindku tal-Mosta, Ivan Bartolo, li rrimarka li l-kunsill tal-Mosta dejjem ħabrek biex jinkludi lil kulħadd.