Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Ir-Russi, l-Ingliżi u l-Ukreni l-aktar li 'saru' Maltin fl-2015

Matthew Borg  -  21/04/17 12:55 PM

Ir-Russi, in-nies mir-Renju Unit, imbagħad l-Ukreni huma l-aktar nies f’din l-ordni li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija fl-2015.

Rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juri li fis-sena msemmija, inbiegħu 646 ċittadinanza Maltija, b’40.4% minnhom ikunu Russi, jiġifieri 261 persuna. It-tieni l-aktar nies li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija kienu persuni mir-Renju Unit b’7.7%, jiġifieri 50 persuna. Imbagħad kien hemm 25 Ukren, jiġifieri 3.9% taċ-ċittadinanzi kollha mibjugħa.

Isegwu hemm 19-il Amerikan, 18-il Lebaniż, 16-il Libjan u Filippin, 15-il Eġizzjan, 13-il Taljan, 12-il Sudaniż, 11-il Ċiniż u għaxar Awstraljani. In-numri jkomplu b’ċifra iżgħar għal pajjiżi bħall-Iżrael, il-Pakistan, il-Kanada, il-Kuwajt u l-Indja, fost oħrajn.

Ir-rapport jikkwota lil Eurostat, li xogħlu hu li jipprovi informazzjoni simili fuq livell Ewropew. Dan juri kif fl-2015, inbiegħu 840,000 ċittadinanza mill-Membri Stati tal-UE, bil-Marokkini, l-Albaniżi u t-Torok ikunu l-aktar tlitt iġnus li xtraw iċ-ċittadinanza rispettivament.

Tajjeb jingħad li minn dawn it-840,000 ċittadinanza mibjugħa, 87% minnhom inxtraw minn persuni barra l-UE, u l-bqija mingħand persuni li diġà kellhom ċittadinanza Ewropea minn pajjiż ieħor.