Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

"Irridu nerfgħu r-responsabbiltà ta' kliemna biex it-tfal jibdlu l-attitudni"" - il-President ta' Malta

Alvin  Vassallo  -  21/04/17 02:40 PM

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li rridu nerfgħu r-responsabbiltà għal kliemna u għemilna jekk irridu li t-tfal u ż-żgħażagħ jibdlu l-attitudni tagħhom ta' macho-style.

Waqt il-konferneza bit-tema Type in Love, Type Out Hate, Marie Louise Coleiro Preca qalet li  ma nistgħux nibqgħu passivi quddiem diversi tfal u żgħażagħ li jinsabu mfarrkin.

Spjegat li l-bullying anonimu online qiegħed jiżdied ħafna u qalet li wieħed minn kull għaxar żgħażagħ ta’ bejn il-11 u s-16-il sena qed jirrapportaw li għaddew minn bullying fuq l-internet.

Saħqet li hekk kif l-internet huwa ħtieġa ta’ kuljum għandu jkun hawn aktar miżuri li jissalvagwardjaw lit-tfal.

Żiedet tgħid li wieħed mill-mezzi biex iħares li tfal huwa l-qasam edukativ fuq il-midja.

Hija appellat lil-leġiżlaturi sabiex jagħmlu liġijiet li jirriflettu din il-problema li qed jaffaċjaw it-tfal u ż-żgħażagħ.

Il-konferenza ġiet organizzata mill-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi.

Ritratt: DOI: Jeremy Wonnacott