Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Isqof Ċiniż ieħor maħtuf mill-Pulizija Komunisti

.     -  21/04/17 08:00 AM

Mons. Peter Shao Zhumin, Isqof ta’ Wenzhu, inħataf mill-Pulizija Ċiniża u ttieħed f’post mhux magħruf.  Dan il-ħtif jixbaħ dak tal-Isqof Guo Xijin. Iż-żewġ isqfijiet inħatfu lejlet Ħamis Ix-Xirka biex ma jitħallewx jiċċelebraw il-festi tal-Għid fid-djoċesijiet rispettivi tagħhom.  Iż-żewġ Isqfijiet  li inħatru mill-Vatikan, jaħdmu fil-Knisja fil-moħbi.

Forzi tas-sigurta’ ħallew lill-insara jeħdulhom xi ħwejjeġ biex huma jwassluhom lill-Isqof – mossa li ħafna nterpretaw bħala li tiffisser li l-ħtif tal-Isqof se jdum fit-tul.

Iż-żewġ Isqfijiet m’humiex rikonoxxuti mill-Gvern Ċiniż u hemm min qed isostni li l-ħtif tagħhom sar biex ikunu mġiegħla jingħaqdu mal-Assoċjazzjoni Patrijottika li hi l-Knisja li għandha permess taħdem fil-beraħ għax rikonoxxuta mill-Gvern u li l-Isqfijiet tagħha jinħatru mill-Gvern u mhux mill-Vatikan.

Il-ħtif taż-żewġ Isqfijiet f’dawn l-aħħar jiem jagħti daqqa ta’ ħarta lit-tama ta’ ftehim bejn il-Vatikan u l-Gvern Ċiniż dwar il-ħatra tal-Isqfijiet li ħafna kienu qed ibassru li hu fil-qrib.

Fiċ-Ċina hemm il-knisja uffiċjali li hi rikonoxxuta mill-Gvern u l-Knisja moħbija li l-Isqfijiet tagħha huma maħtura mill-Vatikan iżda mhux rikonoxxuti mill-Gvern Komunista.

Is-sitwazzjoni tal-Kattoliċi f’Wenzhou u Mindong hi waħda eċċezzjonali u għalhekk il-Ministeru tal-Affarijiet Reliġjużi taċ-Ċina qed jipprova jeqridha.  Il-ħtif tal-Isqfijiet hu ntenzjonat biex jagħmel pressjoni fuq il-Vatikan biex jaċċetta l-kundizzjonijiet i mposti mill-Gvern Komunista li l-Isqfijiet reġistrati mal-Assoċjazzjoni Patrijottika biss ikunu jistgħu jeżerċitaw il-ministeru tagħhom.

Iż-żewġ Isqfijiet sabu ruħhom fl-istess sitwazzjoni ta’ Mons Thaddeus Ma Daqin, isqof ta’ Shangai li ilu jinżamm arrestat f’daru minn dakinhar tal-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu għax telaq mill-Assoċjazzjoni Patrijottika.

Hu stmat li fid-djoċesi ta’ Wenzhou  hemm madwar 50,000 persuna fil-komunitajiet reliġjużi approvati mir-reġim u madwar 80,000 oħra fil-knisja fil-moħbi, rikonoxxuta mill-Vatikan.