Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Jintlaqgħu 80% tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali

Lara Michelle Camilleri  -  21/04/17 05:28 PM

Madwar 80% tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali fl-2015 intlaqgħu u ġew implimentati.

Fi stqarrija, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li minn 320 rakkomandazzjoni, intlaqgħu b’kollox 285 filwaqt li fuq perjodu ta’ sentejn, ġew implimentati madwar 500 rakkomandazzjoni.

Dan hekk kif għat-tieni sena konsekuttiva, l-Amministrazzjoni Pubblika nediet pubblikazzjoni bi tweġiba għar-rapport annwali tal-Awditur Ġenerali dwar il-Kontijiet Pubbliċi; liema pubblikazzjoni ġġib l-isem ta’ ‘Governance – Action on the NAO’s Annual Report 2015’.

Fost ir-rakkomandazzjonijiet milqugħa għall-2015, kien hemm dawk dwar nuqqasijiet relatati mal-logbooks, nuqqasijiet relatati ma’ attendance sheets u nuqqasijiet relatati mal-inventarju.

Bi tħejjija għall-pubblikazzjoni mnedija, kull Ministeru ntalab jgħid x’azzjonijiet ħa fil-konfront tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Awditur Ġenerali.

Ritratt: DOI - Jason Borg