Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Tgħid x’tgħid il-liġi, iż-żwieġ jibqa’ bejn raġel u mara” – L-Arċisqof   |  Żewġ persuni jispiċċaw mal-art wara inċident   |  "L-akbar gidba hi li mhux ħa tispiċċa ħażin bid-droga" - żagħżugħ li rebaħ l-isfida tad-droga   |  14-il mara tqila salvati mill-baħar

Kaos fil-Knisja fiċ-Ċina

.     -  21/04/17 12:00 PM

Uħud iddeskrivewha bħala “aħbar kbira” u oħrajn bħala “aħbar ta’ dieqa kbira”.  L-aħbar hi li l-Isqof Vincenzo Zhan Silu ta’ Mindong, li għall-Vatikan hu isqof illeċitu, iċċelebra ‘l quddiesa ta’ nhar l-Għid il-Kbir flimkien mal-Isqof Thaddeus Ma Daqin u żewġ saċerdoti oħra li huma rikonoxxuti mill-Vatikan.

L-Isqof Zhan Silu li hu membru tal-Assoċjazzjoni Patrijottika li hi rikonoxxuta mill-Gvern Ċiniż impona lilu nnifsu f’din il-quddiesa f’mossa li ħafna qalu li kienet maħsuba biex tirredikola lill-Vatikan.

Zhan Silu kien ordna lilu nnifsu Isqof  fis-sena 2000 imma daħal imexxi d-djoċesi ta’ Mindong fl-2006 u sal-lum għadu mhux rikonċiljat mal-Vatikan. Min-naħa l-oħra l-Isqof Daqin kien ordnat Isqof mill-Vatikan bi qbil mal-Gvern Ċiniż fl-2012 iżda mill-ewwel tħalla arrestat f’daru għax kien telaq mill-Assoċjazzjoni Patrijottika.

Ftit jiem qabel iċ-ċelebrazzjoni tal-festi tal-Għid, l-Isqof Vincent Guo Xijin inħataf mill-Pulizija u qed jinżamm f’post mhux magħruf għax kien oġġezzjona li jiċċelebra l-festi tal-Għid ma’ l-Isqof Zhan Silu li mhux rikonoxxut mill-Vatikan.

L-Assoċjazzjoni Patrijottika tinsisti li hi għandha s-setgħa tiddeċiedi liema huma l-Isqfijiet “validi” u mhux il-Vatikan u allura tgħid li għandha dritt tindaħal fiċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi u tagħżel liema isqfijiet trid biex imexxuhom.

Filwaqt li s-Santa Sede qed tipprova tilħaq fteħim dwar il-ħatra tal-Isqfijiet skont il-Liġi Kanonika, l-Assoċjazzjoni Patrijottika la jimpurtaha mil-Liġi Kanonika u anqas mill-ubbidjenza lejn il-Papa u jidher li anqas hi interessata fid-djalogu bejn il-Gvern Ċiniż u l-Vatikan.