Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Adrian Delia bi stedina għall-Prim Ministru   |  Arrestati aktar uffiċjali Katalani   |  "Is-siġġu tan-nies" - Ivan Bartolo; Cordina se jibqa’; Marlene qed tagħmel suwiċidju - Briguglio   |  Puli ma jgħidx hux lest li jċedi s-siġġu; pressjoni fuq Schiavone   |  L-Arċisqof iħeġġeġ lill-għalliema biex ikollhom stil san ta’ ħajja

Orgni ġdid fjamant fir-Rotunda tax-Xewkija

Lara Michelle Camilleri  -  21/04/17 02:40 PM

Ir-Rotunda tax-Xewkija f’Għawdex qed tgawdi minn orgni ġdid fjamant.

Dan l-orgni, li tbierek mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech f’Novembru li għadda, jinsab fiz-zona tal-kor wara l-altar.

Din iz-zona ġiet mgħammra b’bieb tal-ħġieġ bl-għan li l-viżitaturi jkunu jistgħu jsegwu t-tħaddim tal-orgni.

L-orgni, li għandu 1,204 kanen, għandu l-kaxxa magħmula mill-injam taċ-ċirasa u miksi biż-żejt Daniż, filwaqt li l-kanen huma taż-żingu, illustrati u protetti bil-lakka.

L-inawgurazzjoni tal-orgni mistennija ssir f’Mejju li ġej.

Filfatt, b’rabta mal-inawgurazzjoni, il-Ħamis 4 ta’ Mejju fis-7.30pm, Rev. Ignatius Borg se jagħti taħdita fuq il-mużika sagra fil-liturġija.

Barra minn hekk, l-għada l-Ġimgħa 5 ta’ Mejju fis-7pm, Noel Gallo u Michael Farley se jagħtu preżentazzjoni awdjo-viżwali fuq il-proġett tal-orgni.

Apparti dan, is-Sibt 6 ta’ Mejju fis-7.30pm, l-organista David Davies se jdoqq silta fuq l-orgni quddiem il-President ta’ Malta u l-Isqof ta’ Għawdex.