Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
​Godfrey Farrugia jirriżenja minn Whip tal-Partit Laburista   |  "L-uniku estremiżmu aċċettabbli huwa dak tal-karità" - il-Papa   |  KAŻ EGRANT: Il-‘whistleblower’ fil-gazzetti; it-Times tgħid li hemm akkużi kontriha   |  “L-ispiża fuq kull ħaddiem b’paga minima se tiżdied b’€450 sal-2019” – Gordon Cordina

Rotot speċjali għal min ma jridx jitlef il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar

Matthew Borg  -  21/04/17 02:21 PM

Id-deni beda tielgħa, u mhux biss għad-dilettanti tan-nar, hekk kif għada, bħal-lum ġimgħa u l-Ħadd 30n t’April se jsir il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar. Il-Malta Public Transport (MPT) ħabbret xi rotot speċjali lil hinn u lil hawn mill-festival, għal dawk li jixtiequ jużaw it-trasport pubbliku.

Għada l-festival se jsir fix-Xagħra, Għawdex. Dakinhar se jkun hemm shuttle service mill-Imġarr għax-Xagħra bejn is-7pm u d-9pm, u mill-festival lura għall-Imġarr bejn il-11.30pm u n-12.30am, skont id-domanda. Ir-Rotta 322 mill-Imġarr għax-Xagħra u r-Rotta 307 mir-Rabat għax-Xagħra se joperaw normali skont l-iskeda.

Għall-festival f’Marsaxlokk li se jsir nhar il-Ġimgħa li ġejjin, ir-rotot 81, 85, 119 u 210 se joperaw normali skont l-iskeda. Wara li jispiċċa l-festival, se jkun hemm servizzi speċjali minn Marsaxlokk għall-Belt, San Ġiljan u Buġibba bejn il-11.15pm u 11.45pm.

Il-lejla finali ssir il-Ħadd ta’ wara l-Belt. Għal dan l-avveniment, is-servizz se jopera mill-lokalitajiet kollha lejn it-venda tal-Belt skont l-iskeda normali. Wara li jispiċċa dan l-avveniment, is-servizzi speċjali se joperaw bejn il-11.00pm u n-12.30am mit-venda tal-Belt lejn dan ir-rotot li ġejjin:

N13: Il-Pietà – L-Imsida – Il-Gżira – Tas-Sliema (Ferries) – San Ġiljan – Paceville

S10: Raħal Ġdid– L-Isla– Bormla – Il-Birgu – Il-Kalkara – Ix-Xgħajra

S20: Il-Pietà – L-Imsida – Rue D’Argens – L-Imrabat – San Ġwann – Il-Kappara

S30: L-Imsida – Tal-Qroqq Skate Park – Birkirkara (Bypass) – L-Iklin – Ħal Għargħur – In-Naxxar – Il-Mosta - Buġibba

S40: Il-Pietà – L-Imsida – Birkirkara (il-wied) – Ħal Lija – Il-Mosta – L-Imġarr – Għajn Tuffieħa

S41: Il-Pietà – L-Imsida – Il-Mosta – San Pawl Il-Baħar – Ix-Xemxija – Il-Mellieħa – Iċ-Ċirkewwa

S50: Il-Ħamrun – Santa Venera – Fleur De Lys – Ħ’Attard – Ir-Rabat – L-Imtarfa – Ħad-Dingli

S60: Il-Ħamrun – Il-Marsa P&R – Ħal Qormi – Ħaż-Żebbuġ – Is-Siġġiewi

S70: Ħal Luqa – Ħal Kirkop – Ħal Safi – Iż-Żurrieq – Il-Qrendi – L-Imqabba

S80: Il-Marsa P&R – Raħal Ġdid – Ħal Tarxien – Santa Luċija – Birżebbuġa – Ħal Għaxaq – Il-Gudja

S90: Raħal Ġdid – Il-Fgura – Ħaż-Żabbar – Wied il-Għajn

It-tariffi għal dawn is-servizzi speċjali huma ta’ €3 bi flus kontanti, inkella €2.50 b’Tallinja card. Żewġ vjaġġi se jkunu bi ħlas tat-12 Single Day Journeys card. Mhux se jkun hemm ġlas żejjed għal min juża l-Explore Card.