Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
​Godfrey Farrugia jirriżenja minn Whip tal-Partit Laburista   |  "L-uniku estremiżmu aċċettabbli huwa dak tal-karità" - il-Papa   |  KAŻ EGRANT: Il-‘whistleblower’ fil-gazzetti; it-Times tgħid li hemm akkużi kontriha   |  “L-ispiża fuq kull ħaddiem b’paga minima se tiżdied b’€450 sal-2019” – Gordon Cordina

"Wara ż-Żewġ Gwerer, il-komunità internazzjonali għadha qed tfalli f'diversi oqsma" - l-Ispeaker

Yendrick  Cioffi  -  21/04/17 09:28 AM

L-Ispeaker Anġlu Farrugia fetaħ wirja li timmarka l-ġurnata ANZAC u l-50 anniversarju mill-bidu tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u t-Turkija.

Fid-diskors tiegħu l-Ispeaker irrefera għal dak li ġara f’April tal-1915 fi żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija u fakkar dawk kollha li tilfu ħajjithom fil-kampanja militari f’Gallipoli.

Wara dak kollu li seħħ fi żmien l-Ewwel Gwerra, l-Ispeaker saħaq li komunità internazzjonali għadha qed tfalli f’diversi oqsma, fosthom:

  • Fir-rispett lejn id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u d-dinjità ta’ kull persuna
  • Fir-rispett lejn l-obbligazzjonijiet stipulati mil-liġijiet u t-trattati internazzjali
  • Fil-promozzjoni tal-progress soċjali,
  • Fit-tolleranza lejn ħaddieħor, anke dawk li jidhru differenti,
  • Fil-promozzjni tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u;
  • Fil-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ kull nazzjon.

L-Ispeaker fakkar li matul iż-żmien tal-Ewwel Gwerra, Malta serviet bħala “infermiera tal-Mediterran” u sejjaħ lil Malta bħala pajjiż li tgħożż u tħobb il-paċi kif stipulat ukoll fil-Konstituzzjoni li tgħid ċar u tond Malta hija stat newtrali li taħdem għall-paċi s-sigurtà u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha.

Il-wirja tinkludi pitturi ta’ Raymond Agius, ċittadin Malti u Awstraljan, u Hikmet Cetinkaya, ċittadin Tork.

Din tinsab fid-daħla tal-binja tal-Parlament u se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ April.