Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Joseph Muscat jispjega l-proposti tal-PL għall-biedja u s-sajd   |  "Il-Forza Nazzjonali ikbar mill-kampanja elettorali" - Simon Busuttil

Attent: Diversi toroq magħluqa din il-ġimgħa

Leon  Xuereb  -  24/04/17 04:28 PM

Transport Malta qalet li llejla se tingħalaq Triq Aldo Moro fil-Marsa, direzzjoni lejn Raħal Ġdid, bejn it-8pm u l-11pm.

Fi stqarrija TM qalet li għada, il-Bypass tal-Imrieħel, direzzjoni lejn Ħ’Attard se jingħalaq bejn it-8pm u l-5.30am sabiex jitwaħħal il-pont il-ġdid.

Spjegat li x-xogħol fuq il-pont se jkompli nhar l-Erbgħa li ġej fit-8pm u b'hekk il-bypass se jkun magħluq sal-5.30am.

Filwaqt li skużat ruħha, TM appellat lis-sewwieqa biex isibu toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali.

Ritratt: Transport Malta