Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Data ġdida għad-dibattitu bejn il-mexxejja tal-partiti politiċi fl-Università

Alvin  Vassallo  -  14/05/17 11:46 AM

Id-dibattitu bejn il-mexxejja tal-partit politiċi ġie pospost.

Dan wara li kien hawn kontroversja fuq dan id-dibattitu minħabba li l-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat ma setax jattendi għad-dibattitu fil-ġurnata proposta.

Id-dibattitu kien skedat li jsir nhar it-Tlieta li ġej iżda dakinhar il-Prim Ministru se jkollu laqgħa mal-President tal-Ukrajna.                

Fi stqarrija l-Partit Demokratiku qal li huwa partit awtonomu minkejja li se jkun qiegħed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali taħt il-Partit Nazzjonalista. Żied jgħid li għalhekk huwa għandu dritt li jkun preżenti għal dan id-dibattitu.

Id-dibattitu se jsir bejn il-mexxejja tal-partiti politiċi: Joseph Muscat, Simon Busuttil, Marlene Farrugia u Arnold Cassola. 

Id-dibattitu se jsir l-Erbgħa li ġej fis-1pm.