Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Jipproponilha b’ċurkett li, bla ma taf, kienet ilha ġġorr sena

Charlene Valentina  Giordimaina  -  14/05/17 02:40 PM

Anna, tfajla mill-Awstralja, kienet sorpriża mhux ftit meta l-għarus tagħha pproponielha b’ċurkett li, bla ma taf, kienet ilha ġġorr fuqha għal iktar minn sena.

L-għarus tagħha, Terry, li hu tajjeb sew fis-sengħa, ħeba ċ-ċurkett f’ġiżirana tal-injam li kien għamel u ta lil Anna, u li damet tilbes għal 18-il xahar qabel ipproponilha għaż-żwieġ.

Waqt vaganza fl-Iskozja, Terry talabha ttih il-ġiżirana biex jieħu ritratt. Ipprepara l-camera fuq tripod, u mar ħdejn Anna. Kien dak il-ħin meta fetħilha l-ġiżirana u niżel għarkupptejh isaqsiha tridx tiżżewġu.

B’mod umoristiku, Anna qaltlu li kienet tkun problema kieku tilfitu, speċjalment minħabba li l-ġiżirana tilbisha, tista’ tgħid, il-ħin kollu!