Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Joseph Muscat jispjega l-proposti tal-PL għall-biedja u s-sajd   |  "Il-Forza Nazzjonali ikbar mill-kampanja elettorali" - Simon Busuttil

Evita dawn it-toroq sa nhar il-Ħamis

Leon  Xuereb  -  15/05/17 07:28 PM

Il-Kummissarju tal-Pulizija avża li dawn it-toroq se jkunu magħluqin għat-traffiku.

Fi stqarrija l-Kummissarju spjega li dawn it-toroq se jkunu magħluqa f’dawn il-ħinijiet minħabba l-wasla u t-tluq tad-delegazzjonijiet li se jkunu f’Malta:

Senglea

Minn għada mis-6am sa nhar l-Erbgħa sal-11.30pm:

  • Triq il-Vitorja
  • Pjazza 4 ta’ Settembru

Il-Belt Valletta

Nhar l-Erbgħa mis-1pm sal-11pm:

  • Triq Ġlormu Cassar
  • Il-Monument tal-Gwerra
  • Pjazza Kastilja
  • Il-parkeġġ tal-Bank Ċentrali

Nhar il-Ħamis mit-8am sal-4pm

  • Triq l-Arċisqof
  • Triq San Pawl
  • Triq l-Ifran
  • Triq ir-Repubblika
  • Triq San Kristofru

Nhar il-Ħamis mis-7pm sal-11pm

  • Triq il-Mediterran
  • Triq San Nikola
  • Il-Ġonna ta’ Sant’Iermu
  • Triq San Bastjan
  • Triq l-Ixprun
  • Triq il-Punent

Fi Triq il-Merkanti, fi Triq it-Teatru l-Antiku fi Triq l-Ifran se jitħalla miftuħ parkeġġ fuq naħa waħda tat-triq għar-residenti Beltin biss.


Il-Furjana

Min-nhar l-Erbgħa fis-1pm sa nhar il-Ħamis sal-11pm:

  • Pjazza Hannibal Scicluna
  • Triq Hannibal Scicluna
  • Triq l-Assedju l-Kbir
  • Xatt it-Tiben
  • Belt is-Sebħ
  • Triq Joseph Mangion

Ritratt: Arkivji