Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

L-Ordinazzjonijiet tal-Knisja Anglikani mhumiex invalidi

.     -  16/05/17 05:00 PM

Ir-rimarka li kien għamel il-Papa Ljun XIII li l-Ordinazzjonijiet tal-Anglikani “huma assoluutament nulli u fil-vojt” għadha ostaklu kbir għall-għaqda bejn il-Kattoliċi u l-Anglikani. Iżda issa, wieħed mill-akbar imħuħ legali tal-Vatikan qal li dawn l-ordinazzjonijiet ma jistgħux jitwarrbu bħala “invalidi” u b’hekk fetaħ it-triq għal reviżjoni tal-pożizzjoni tal-Knisja Kattolika dwar l-Anglikani.

Fi ktieb li ppubblika dan l-aħħar, il-Kardinal Francesco Coccopalmeiro, President tal-Kunsill Pontifiċju għal-Liġijiet, qed ipoġġi fid-dubju il-Bolla tal-Papa Ljun XIII, maħruġa fl-1896, li fiha kien iddikjara li dawk l-ordinazzjonijiet li jagħmlu l-Anglikani huma vojta u invalidi.

“Meta xi ħadd ikun Ordnat fil-Knisja Anglikana u jsir Kappillan f’komunita’, ma nistgħux ngħidu li qisu ma’ ġara xejn u kulma jagħmel hu invalidu”, jgħid il-Kardinal fil-ktieb tiegħu. Il-Knisja llum tifhem sew x’inhu validu jew invalidu u dan jista’ jwassal għal reviżjoni tal-kwestjoni dwar l-Ordinazjonijiet Aglikani, jgħid Coccopalmeiro li d-dekasteru tiegħu hu l-awtorita’ li tinterpreta u tirrevedi l-liġijiet tal-Knisja.

Il-kwestjoni tal-validita’ ta’ dawn l-ordinazzjonijiet hi waħda ta’ dutrina u mhux ta’ liġi. Wieħed irid ikun kapaċi jgħid li t-tali ħaġa hi valida f’ċertu kuntest u dik il-ħaġa l-oħra m’hix valida f’kuntest differenti.

Il-Kardinal fakkar fil-laqgħa storika  bejn il-Papa Pawl VI u l-Arċisqof ta’ Canterbury fl-1966 li matula il-Papa ta lill-Arċisqof iċ-ċurkett episkopali tiegħu u kalċi. Hu staqsa xi jfisser dan il-ġest tal-Papa Pawlu VI. Il-kalċi żgur ingħata biex bih issir il-quddiesa, u naturalment quddiesa valida. B’dik il-mossa il-Knisja Kattolika kiene qed tagħti rikonoxximent lill-Arċisqof Anglikan.

Anke il-Papa Franġisku għamel diversi ġesti simboliċi lejn l-Anglikani u talab lill-insara ta’ diversi denominazzjonijiet biex jaġixxu bħallikieku l-għaqda bejn il-knejjes diġa’ teżisti u jħallu d-disgwid teoloġiku biex ikun riżolt aktar tard.