Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Juventus l-ewwel klabb Taljan bit-tielet Coppa Italia in fila

Kris  Gilson  -  17/05/17 11:51 PM

Juventus rebħu l-ewwel unur tal-istaġun meta fl-Istadio Olimpico ta' Ruma rebħu l-Coppa Italia għat-tielet darba konsekuttiva u t-12-il darba fl-istorja tal-klabb.

B'hekk huma saru l-ewwel klabb fl-Italja li rnexxielhom jirbħu din it-tazza għat-tielet darba in fila.

Fil-finali kontra Lazio, Juventus rebħu bl-iskor ta' 2-0, b'żewġ gowls skurjati fl-ewwel taqsima.

Kien Dani Alves li fetaħ l-iskor wara 12-il minuta, u Leonardo Bonucci għamilhom tnejn wara 25 minuta.

B'hekk l-attenzjoni ta' Juventus issa ddur fuq il-kampjonat il-Ħadd li ġej, meta b'rebħa fuq Crotone f'Turin jaċċertaw ruħhom mir-rebħ tas-sitt kampjonat konsekuttiv.