Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

​Ritratti: Armati biż-żraben għall-mass meetings

Charmaine  Attard   -  17/05/17 09:16 PM

L-attivitajiet politiċi jvarjaw fin-natura tagħhom, u magħhom anke x’wieħed għandu jilbes f’saqajh, avolja ssib minn kollox.

Waqt attività politika partikolari, Newsbook.com.mt ħa ritratti differenti minn dawk li jinġibdu s-soltu waqt attivitajiet taħt it-tinda, rallies u mass meetings. Ħa ritratti taż-żraben u l-krakar li kellhom f’saqajhom in-nies.

Takkuna, ballerina, wedge, żarbun bil-fosos, sandli, slipper u anke ċatti bi swaba’ għall-arja. Oħrajn jilbsu wkoll il-kulur sinonimu mal-partit li jħaddnu.

U wħud b'erba' saqajn u lanqas jilbsu par wieħed!

Imma le, żgur ħadd mill-partitarji mhu se jirnexxielhom (lanqas jekk iridu) jidħlu fiż-żarbun ta’ Joseph Muscat jew Simon Busuttil!

Ritratti: Media Centre